Il-Prim Ministru Robert Abela qal li ħa jipproponi maħfra presidenzjali għal dawn it-tliet studenti u lettur li qed jiffaċċjaw akkużi kriminali għal hacking etiku.
Din il-ġimgħa, il-pulizija telgħet il-qorti l-istudenti Michael Debono, Giorgio Grigolo, Luke Bjorn Scerri u l-lettur Mark Joseph Vella rigward aċċess mingħajr awtorizzazzjoni għal-pjattaforma FreeHour.
L-Assoċjazzjoni ta' Ħaddiema Akkademiċi fl-Universita ta' Malta (UMASA) esprimiet solidarjeta mal-akkużat lettur Vella li ħadem "b'integrita akkademika" meta ta struzzjonijiet fuq prattiki etiċi ta' cybersecurity.
L-UMASA tgħid ukoll li Malta għandha jkollha liġijiet nazzjonali b'framework protett għal tagħlim u riċerka fuq is-cybersecurity.
Il-każ imur lura għal-2022. Wara li ggwadanjaw dan l-aċċess, l-istudenti bagħtu email lil fundatur tal-pjattaforma, Zach Ciappara, sabiex jaqsmu miegħu x'sabu u talbu għal rigal għall-problemi li skoprew fil-pjattaforma
Madanakollu, FreeHour irraportat dan l-aċċess lil Kummissarju għall-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data. Ciappara sostna lil l-kumpanija qatt ma talbet li l-istudenti jew il-lettur jitilgħu l-qorti.
Abela qal lit-TVM li l-istat għandu responsabbiltà sabiex jaġġorna l-liġijiet mar-realtajiet kurrenti. Huwa qal ukoll li l-każ huwa inġust u li dan ħa jiġi diskuss fil-Kabinett sabiex tiġi kunsidrata l-possibilita ta' maħfra presidenzjali.
Nhar il-Ħamis, il-Partit Momentum ippropona riforma fil-liġi li tipproteġi hackers etiċi. Il-partit qali li l-individwi li jaqsmu b'mod responsabbli problemi ta' sigurtà għandhom jiġu protetti mhux imħarka.
Il-Partit Nazzjonalista wkoll talab għal riformi li jipprevjenu prosekuzzjoni kontra hackers etiċi. Il-PN qajjem il-punt li waqt li l-gvern mal-ewwel ibiddel liġijiet sabiex jinqeda hu, l-gvern ma juri l-ebda urġenza sabiex jipproteġi studenti u edukaturi minn liġijiet antiki li jikkriminalizzaw il-hacking etiku.