L-AD iridu li kunsilli lokali jadottaw familji Sirjani

Se jippreżentaw mozzjoni għad-diskussjoni fil-Kunsilli tas-Sliema u ta' Ħ'Attard

Il-Kunsilliera f'Tas-Sliema u Ħ'Attard, Dr Michael Briguglio u Ralph Cassar rispettivament fil-jien li gejjin se jipprezentaw mozzjoni ghad-diskussjoni fil-Kunsilli ta' Tas-Sliema u H'Attard, li ssejjah ghal turija ta' solidarjeta mar-refugjati mahruba mill-gwerrer.

Fl-istess hin AD tingħaqad mal-appell li qiegħed isir biex il-komunitajiet lokali ta' pajjiżna juru solidarjeta konkreta f'dan il-mument ta' tant tbatija għal tant nies fir-reġjun tagħna.

Il-mozzjoni proposta tghid hekk:

"Dan il-Kunsill Lokali :

a)      konxju mit-tragedja umana tar-refugjati Sirjani li qed tizviluppa fil-Mediterran, fl-Ungerija u fl-Awstrija b’mod partikolari;

b)      determinat li jaghti kontribut biex jafferma l-principju baziku ta’ solidarjeta li dejjem haddan il-poplu Malti;

ċ)       jixtieq jaghti sehem biex il-lokalita (isem il-lokalita) taghti kontribut dirett, anke jekk wiehed zghir, biex tittaffa din il-problema umana,

d)      jirrisolvi li jfittex l-ghajnuna tas-socjeta’ civili ta’ (isem il-lokalita) u tal-Gvern ċentrali biex il-lokalita tagħna taddotta familja Sirjana u tghinha sakemm tkun f’pożizzjoni li tehu hsieb taghha innifisha."

More in Politika