
Nisa Laburisti: Vot favur l-edukazzjoni sesswali huwa pass 'il quddiem

More in Politika
NL- Nisa Laburisti faħħret il-pass tal-Ewroparlamentarli Laburisti li vvutaw favur ir-rapport mhux leġislattiv Rodrigues intitolat "Empowering girls through Education" u tinnota b’diżappunt l-astensjoni tal-EwroParlamentari tal-Partit Nazzjonalista.Il-vot fuq dan ir-rapport ittieħed fis-sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu tul din il-ġimgħa. NL - Nisa Laburisti qalet li l-isfidi li ngħelbu li sterjotipi marbuta mal-ġeneru u anke l-edukazzjoni sesswali sa minn età żgħira huwa sfidi fid-direzzjoni t-tajba hekk kif is-soċjetà f'pajjiżna qed tinbidel u qed tagħmel dan b'rata mgħaġġla.
Claudette Abela Baldacchino President ta' NL - Nisa Laburisti qalet li hija sfida fid-direzzjoni t-tajba li niżguraw li l-istudenti minn età żgħira jingħataw edukazzjoni addattata għall-età tagħhom fl-isfond tal-messaġġi sesswali li huma esposti għalihom fil-mezzi tax-xandir. Importanti wkoll li anke aħna bħala pajjiż ngħelbu l-isterjotipi marbutin mal-ġeneru u niżguraw li kemm l-istudenti bniet u anke subien ma jiġux magħluqin u mogħtiina direzzjonijiet dwar karrieri bbażati fuq il-ġeneru tagħhom.
Aktar minn hekk, l-edukazzjoni sesswali hija mportanti sa minn età żgħira għaliex b'hekk l-istudenti minn eta żgħira jkunu konxji tal-isfidi li jistgħu jsibu quddiemhom. Edukazzjoni sesswali tfisser ukoll li ngħelbu l-isfidi fost l-oħrajn dwar 'teenage pregnancies' u anke dwar mard li jittieħed sesswalment. Claudette Abela Baldacchino President ta' NL - Nisa Laburisti qalet li ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn is-soċjetà tagħna bħala soċjetà magħluqa u maqtugħa mill-kumplament tad-dinja.