Minn dan il-lejl l-Ungerija introduċiet liġijiet ġodda li se jagħmluha diffiċli ferm biex refuġjati jgfħaddu mill-pajjiż fit=tfittxija tagħhom għal ħajja aħjar f'pajjiż Ewropew. Fil-fatt minn nofsilejl ta' dan il-lejl il-pulizija Ungeriża se jkollha d-dritt li tarresta lil dawk il-persuni li jgħaddu mill-"ħajt" li l-istess pajiiż bena mal-fruntiera tas-Serbja.
Fil-fatt il-pulizija Ungeriża diġa għalqet stazzjon tal-ferrovija li kienet qed tintuża minn bosta refuġjati filwaqt li xarabanks tal-pulizija se jkunu qed jieħdu lir-refuġjati lejn iċ-ċentru tar-reġistrazzjoni fejn ikun determinat jekk l-applikazzjoni tal-ażil tagħhom tkunx għaddiet. Jekk le jibagħtuhom lura lejn is-Serbja.
Biex turi kemm verament hi serja dwar dawn il-miżuri l-Ungerija poġġiet 30 imħallef fuq 'stand by' biex dawk kollha li jinqabdu jaqżu l-fruntiera jitressqu l-Qorti. Dawn ir-regolamenti jiġu ftit mumenti wara li l-Ungerija flimkien ma' pajjiżi oħrajn mill-Lvant tal-Ewropa wrew reżistenza għall-proposti biex in-numru ta' immigranti jkun mqassam b'mod ġust madwar l-Unjoni Ewropea.
Il-Miżuri qed iqajmu bosta mistoqsijiet dwar iż-żona Shengen u kemm persuna, fil-verita' tista jew ma tistax timxi liberament minn stat membru għall-ieħor.