Ġewwa jew barra l-UE? ... Jiddependi

Il-Mexxej Laburista Ingliż il-ġdid jindika li l-partit se jkun qed jieħu pożizzjoni wara li Cameron jiżvela l-pakkett li se jinnegozja

Jew ġewwa jew barra ... riesaq iż-żmien biex tiftaħ kampanja dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa' fl-UE jew le
Jew ġewwa jew barra ... riesaq iż-żmien biex tiftaħ kampanja dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa' fl-UE jew le

Din is-sena se tkun waħda kruċjali fir-Renju Unit hekk kif se tkompli il-kampanja, għalissa mhux uffiċjali, għar-referendum li se jsiur fir-Renju Unit biex ikun deċiż jekk il-pajjiż għandux jibqa' membru tal-Unjoni Ewropea jew le.

Fl-ewwel ftit messaġġi tiegħu fuq il-midja u anke f'Westminister il-mexxej Laburista l-ġdid Jeremy Corbyn għalkemm ta' indikazzjoni illi se jkun qed jikkampanja favur li r-Renju Unit jibqa' fl-UE, ta' indikazzjoni wkoll illi dan l-appoġġ mhux garantit. Fil-fatt Corbyn u anke numru ta' membri Parlamentari Laburisti qed jgħidu illi ikun jaqbel li l-partit jistenna r-riżultati tan-negozjati ta' Cameron mal-UE qabel jieħu pożizzjoni.

Il-biża anke ta' xi Memebri Parlamentari Laburisti hija li Corbyn huwa ewro-xettiku.

More in Politika