Arrestati l-ewwel 16-il refuġjat fl-Ungerija....sospiż ix-Shengen f'xi pajjiżi

....l-Ungerija u s-Slovakkja ma jaċċettawx sistema ta' kwoti

Billboard xejn kumplimentuż għall-politika ta' kontroll li qed timponi l-Ungerija fuq il-fruntieri tagħha
Billboard xejn kumplimentuż għall-politika ta' kontroll li qed timponi l-Ungerija fuq il-fruntieri tagħha

Skont l-aħħar aħbarijiet mis-sit euronews, minn meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda dwar persuni deħlin mill-fruntiera Ungeriża kienu diġa arrestati madwar 16-il persuna. Dan jiżdied ma' żieda fis-sigurta' fuq il-fruntieri u anke fi stazzjonijiet tal-ferrovija, fosthom fil-Ġermanja.

Bħalissa, fil-fatt, numru ta' pajjiżi ssospendew parti mill-obligi tagħhom tax-Shengen bl-Ungerija tgħid illi dan huwa l-mument illi l-Ewropa turi li kapaċi tikkontrolla l-fruntieri tagħha.

More in Politika