Irrid inkun il-bidla li l-poplu ivvota għaliha - Simon Busuttil

Simon Busuttil qal li d-dipartimenti u l-awtoritajiet tal-gvern saru każini tal-Labour

Gvern Nazzjonalista jintroduċi l-istandards Ewropej għal politika, u jieħu ħsieb jirranġa l-inġustizzji li sofrew taħt dan il-gvern u jipproteġi l-ambjent," qal l-kap tal-oppożizzjoni quddiem folla ta' madwar 7,000 persuna quddiem il-Parlament.

"Irrid ngħix f'soċjeta fejn il-poplu jista jikkritika b'mod liberu mingħajr ma jiġi vitimizzat mill-istat. Irrid nintroduċi politika onesta li l-poplu jixraqlu u mhux immexxi gvern kollu bluff."

Qal li se jippublika l-kuntratti pubbliċi u jiġġieled il-korruzzjoni. Qal li jrid pajjiż ta' opportunita għaż-żgħażagħ u soċjalment ġust, li lest li jipprovdi mediċini lil poplu u mhux li jittallab l-għajnuna mill-Community Chest Fund.

Semma wkoll in-nuqqas ta' meritokrazija fejn diversi impjiegi mal-gvern marru għand familjari tal-ministri u ta' membri għolja fis-segretarjat tagħhom fejn semma li ħaddiema taċ-ċivil qed jiġu umiljati billi jkunu trsaferiti biex jagħmlu wisa għal-Laburisti.

"Id-dipartimenti tal-gvern u l-awtoritajiet tal-gvern saru każini tal-labour. Naħlef li jien se nkun it-tarka ta' dawk li sofrew inġustizzji u nwegħdhom li ssir ġustizzja magħhom."

Wiegħed ukoll li se jipproteġi il-ftit li baqa mill-ambjent,"Se nħalli bini fiż-żoni ta' żvilupp, iżda se nibnu b'mod aktar meqjus bie xma nibqgħux pajjiż mimli trab, tħaffir, carnes u ħsejjes. Irrid li kulħadd igawdi pajjiżna mhux dawk biss li għandhom il-flus x'itajru, u rrid lill-uliedna li jgħixu f'pajjiż isbaħ minn dak li għandna."

Hu reġa semma li bħalissa hemm ħafna nies li qed jabbandunaw lill-partit tal-labour u qed jersqu lejn il-partit nazzjonalista għax il-gvern preżenti qed jagħlkaq għajnejh għal korruzzjoni istituzzjonalizzata, li ilna ma naraw bħalha minn żmien Mintoff u Lorry Sant.

"Min ivvota Labour ried bidla. Iżda mhux din il-bidla," fejn talab lil dawn il-votanti li ġew diżillużi b'dan il-gvern biex jirritorna lejn il-PN li qed joffri l-bidla li jixirqilhom.
 

More in Politika