Deborah Schembri se topponi bil-qawwa għall-proposta tal-iffriżar tal-embrijun

“Jekk il-Partit Laburista jieħu pożizzjoni favur [l-iffriżar tal-embrijuni], ikolli dilemma u problema kbira. Inħoss li ma nistax inpoġġi vot favur l-iffriżar tal-embrijun għax dan imur kontra l-kuxjenza tiegħi”

Schembri tinsisti li l-iffriżar tal-embrijun huwa, “iffriżar tal-ħajja umana” u twissi  li “mal-ħajja tal-bniedem m’hemmx logħob”.

“Jekk il-Partit Laburista jieħu pożizzjoni favur [l-iffriżar tal-embrijuni], ikolli dilemma u problema kbira. Inħoss li ma nistax inpoġġi vot favur l-iffriżar tal-embrijun għax dan imur kontra l-kuxjenza tiegħi” qalet Schembri, li fl-intervista titlob ukoll biex jekk jitressaq abbozz ta’ liġi quddiem il-Parlament, il-Partit Laburista jħalli l-Membri Parlamentari tiegħu jivvutaw skont il-kuxjenza “ladarba ma kinitx fil-manifest elettorali”.

Fl-intervista, Schembri tagħti r-raġunijiet tagħha għalfejn tħoss li din il-prattika mhix etika, u tagħmilha ċara li fuq din il-kwistjoni partikolari ma tarax għajn m’għajn mal-Prim Ministru Joseph Muscat, anke jekk taħseb li l-intenzjonijiet tiegħu huma tajbin.

Mal-gazzettta MaltaToday tal-Ħadd 6 ta’ Settembru, Muscat kien iddikjara li hu se jmexxi pjani biex ikun riintrodott l-iffriżar tal-embrijun li kien projbit fl-Att dwar l-Embrijun li sar liġi taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Mal-istess ġurnal, Muscat kien esprima ruħu bħala “riżolut” li jagħmel dan u sostna li kull liġi tal-IVF jeħtieġ ikollha l-funzjoni tal-iffriżar biex tkun ta’ suċċess”.

 

L-INtervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika