Fl-Isptar Mater Dei għad hemm għaxar persuni jingħataw kura għall-ġrieħi li ġarrbu fl-inċident waqt Paqpaqli għall-Istrina.
Tnejn minn dawn il-persuni għadhom qed jingħtaw kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, filwaqt li l-omm u bintha ta’ sitt snin, li kienu fost il-vittmi ta’ dan l-inċident, se jinħarġu mill-ITU dalgħodu.