Martin Schulz għandu €307,000 salarju, żewġ limousines u 35 assistent

Membri Parlamentari akkużawh li qed jaħli l-flus il-poplu u fl-istess waqt jitlob iżjed kontribuzzjonijiet mill-istati membri

Il-President tal-UE għandu salarju ta’ €307,000, żewġ limousines, 33 assistent miegħu, żewġ xufiera, ‘spokesman’ jew aħjar wieħed li jiktiblu d-diskorsi, 5 uffiċċjali tal-press u żewġ assistenti li joħdulu ħsieb id-djarju, barra żewġ ushers bit-tails li jilqgħu n-nies li jiġu jżuruh li jiswew €1,351,000 (miljun u terz) fis-sena salarji għal ħaddiema tiegħu kollha mħallsin minn flus il-poplu.

Pakkett li jiswa lil poplu Ewropew kważi 2 miljun ewro fis-sena għal president biss.

Schulz il-bieraħ ġie akkużat minn saħbu membri parlamentari li qed jaħli flus il-poplu. U l-media Ġermaniża kitbet li dak li qed jitlob aktar kontribuzzjoni mill-istati membri għal Unjoni Ewropeja qed jagħti eżempju ħażin.

Il-kumitat li jikontrolla l-budgets Ewropej qalu li qed jikkonċernaw ruħhom li numru kbir ta’ staff li għandu qed joħolqu mistoqsijiet kbar.

Waħda mil-limousines hierga mill-villa fejn jgħix bl-entourage warajh
Waħda mil-limousines hierga mill-villa fejn jgħix bl-entourage warajh

Il-Kap tal-UKIP, Nigel Farage qal li probabbilment ir-Reġina Sheeba kellha inqas staff minnu, “li hu żgur hu li l-president tal-Unjoni Ewropea hu dejjem għatxan bie xjieħu l-gravy mill-Ewropa. Għalhekk iħobbha l-Ewropa għax għalih personali hi tajba.”

Kelliem għal Schulz qal li għandu bżonn żewġ karrozzi għax ikollu bżonn jużahom meta jmur minn post għall-ieħor għax xogħlu jirrikjedi ħafna vjaġġar.

Mr Schulz, 59, qal li hu jimpjega inqas staff miż-żewġ predeċessuri tiegħu. Il-politiku hu miżżewweġ lil mara ġardinara u arkitett tal-landscaping u kien sar alkoħoliku meta kien tilef xogħlu bħala bejjiegħ tal-kotba wara li kien taha għax-xorb wara li kien weġġa irkobbtu u tilef il-ħolma li kellu li jsir atleta sportiv.

ma Martu li hi ġardinar u arkitett tal-landscaping
ma Martu li hi ġardinar u arkitett tal-landscaping

 

More in Politika