Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Toni Bezzina reġa għamel l-akkuża li kien għamel xhur ilu, jiġifieri li l-proġett tal-Junction tal-Marsa se jkun qed isir biex "ikun aġevolat is-Super One". Waqt dibattitu msejjaħ mill-Oppożizzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku, Bezzina qal li t-trasport pubbliku illum huwa "agħar milli qatt kien qabel". Huwa qal ukoll li dan il-Gvern ma kienx kapaċi jissalvagwardja xogħol il-ħaddiema u fakkar kif Joe Mizzi mar Spanja "biex ma jkunx hemm sorpriżi ... hekk hu ma kellniex sorpriżi. jinqabżu r-rotot imma s-sussidju xorta qed jieħdu".
L-MP Nazzjonalista staqsa għalfejn il-kuntratt mal-kumpanija Spanjola ma kienx ippublikat