The Economist b’artiklu u karikatura jistaqsu għaliex l-immigranti waqfu jiġu Malta

Jgħid li Malta jilqgħu l-immigranti basta jkunu Ewropej u sinjuri

Il-magazine ‘The Economist’ ħareġ b’artiklu u anke karikatura sarkastiċi dwar is-summit li sar f’Malta fuq l-immigrazzjoni. Il-kittieb ‘Charlemagne’ kiteb li meta l-Unjoni Ewropeja għażlet lil Malta għal dan is-summit bejn l-Ewropa u l-Afrika, kienet għażla loġika. Fejn kompla li darba l-immigranti kienu jfittxu lil Malta bħala pont bie xjilħqu l-Ewropa.

Il-ġurnalist tkellem ma’ Neil Falzon li jmexxi l-Aditus li hi organizazzjoni lokali tad-drittijiet tal-bniedem li qal lil The Economist li kien hemm minn dawn l-immigranti li anke beżqulhom. Fl-istess ħin kiteb li l-identita unika tal-Malti hi taħlita sħiħa ta’ razez matul is-sekli bir-riżultat li l-popolazzjoni maltija jixbhu lit-Taljani, jitkellmu kważi lingwa Għarbija u jsuqu fuq in-naħa tax-xellug bħall-Ingliżi.

Hu semma wkoll li fil-bidu tas-snin 2,000 meta eluf ta’ Afrikani bdew deħlin Malta, kien hemm xokk kulturali fil-gżira, fejn skont il-kap tal-oppożizzjoni qal li ħafna mill-anzjani Maltin qatt ma kienu raw persuna ta’ kulur. Hawnhekk the Economist qal li l-kap tal-oppożizzjoni uża kliem mhux politikament korrett meta rrefera għall-Afrikani bħala nies ta’ kulur. Kiteb ukoll li billi Malta żgħira kien hemm biża li dawn l-eluf ma kelhomx fejn joqogħdu.

“Iżda b’mod stramb, mingħajr ma nduna ħadd, jidher li ħadu dak li riedu. Malta hi biss 200 mil bogħod mil-Libja u fl-istess waqt id-dħul tal-immigranti lejn Malta litteralment waqaf u r-raġuni ma jafha ħadd.

Semma wkoll li f’din il-gżira hemm prosperita kbira b’turisti jimlew it-toroq tal-belt fix-Xitwa, palazzi qed jinbidlu f’uffiċċini lussużi għal kumpaniji barranin, cranes jidhru matul l-orizzont kollu bix-xogħol ta’ kostruzzjoni li dejjem qed jitkattar u li l-ekonomija kibret b’aktar minn 5% u l-qagħad hu it-tielet l-inqas fl-ewropa.” Kiteb dan il-ġurnalist

Semma wkoll li Malta gawdiet mill-attakki terroristiċi fid-dinja Għarbija u qed tgawdi mit-turiżmu li qabel kien imur lejn l-Eġittu u t-Tuneżija. Hu faħħar il-mod kif il-prim ministru Joseph Muscat irnexxielu jnaqqas it-tariffi tal-enerġija bl-għajnuna li waqgħu l-prezzijiet taż-żejt madwar id-dinja.

“Dan kollu għandu jiġbed aktar immigranti lejn il-gżira iżda ma tfaċċa ħadd iżjed, L-anqas dgħajsa waħda ma daħlet Malta dis-sena. Anke dawk salvati mill-Maltin fl-ibħra qed jittieħdu l-Italja.”

Semma li qed jingħad li ta’ dan Malta tat lill-Italja spazju fl-ajru u b’mod sigriet laħqet ftehim mal-Italja biex dawn jingħataw id-drittijiet li jfittxu għal-gass u ż-żejt. Anke jekk il-prim Ministru Muscat qed jiċħad dan kollu.

Fl-artiklu tiegħu temm li Malta mhix kontra l-immigranti, anzi tilqagħhom speċjalment jekk ikunu Ewropej u sinjuri kbar.

 

More in Politika