L-eks deputat Nazzjonalista, d-dentista Jeffrey Pullicino Orlando għamel mistoqsija fuq l-istatus tiegħu: Viċi Kap ġdid tal-PN?
fejn kien qed jirreferi għall-Arċisqof Scicluna u tefa ritratt tal-Kap tal-oppożizzjoni flimkien mal-arċisqof Scicluna. Hu kiteb hekk:
Jidher li l-Arcisqof huwa determinat li jappoggja lill-PN f'kull opportunita li tinholoq. Issa qieghed sahansitra jikkritika l-Gvern fuq is-sistema tad-dawl li ntuzat ghal Kastilja-kif ghamlet l-Oppozizzjoni.Jidher li ghandna Arcisqof li jifhem fid-dawl ukoll. Ghandu dritt isemma lehnu, ovvjament. Izda bhala s-suppost raghaj tal-Kattolici kollha Maltin ghandu jaghti l-impressjoni li qieghed ikun partiggjan b'mod persistenti?
Dan wara li l-Arċisqof Charles Scicluna waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa għal gradwati ġodda għaddha kumment li qed issir ħsara lil binjiet storiċi bi dwal stil 'Las Vegas' b'riferenza ċara dwar il-kontroversja tas-sistema ta' dawl li sar ma' Kastilja.