Tony Abela jirbaħ is-siġġu vakat minn Joe Cassar

In-Nutar Tony Abela eks segretarju Parlamentari tal-gvern Nazzjonalista jerġa jieħu siġġu fil-parlament


Abela li bejn l-2003 u l-2008 kien jifforma parti mill-Kabinett tal-gvern Nazzjonalista bħala segretarju Parlamentari tad-difiża rebaħ is-siġġu vakat mir-riżenja tal-psikjatra Joe Cassar fir-raba 'count' meta ġab 1978 vot, b'Philip Mifsud jibqa l-aħħar b'1,892. Abela qal li ilu nvolut fil-politika minn meta kellu 23 sena u se jibqa jgħin lin-nies tad-distrett u anke kulmin jitolbu l-għajnuna. l-eks sindku tar-Rabat Rudolph Grima, l-eks deputat Peter Micallef u l-kunsillier ta' Ħad-Dingli kkontestaw ukoll din l-elezzjoni każwali. Abela kien diġa kkontesta s-siġġu li kien ħalla Gonzi iżda dan kien rebħu Antoine Borg.

More in Politika