450 persuna impjegati mal-gvern bħala persuni ta' fiduċja

Fosthom hemm l-eks assistent personali ta' Gonzi u x-xufier tiegħu

Aktar minn 450 persuna huma impjegati mal-gvern bħala persuni ta' fiduċja fejn hemm minnhom li qatt ma ħarġet sejħa għall-applikazzjoni. Ix-xogħol tagħhom jibda minn cleaners, dawk li jieħdu ħsieb l-'estates' tal-Girgenti, eċċ, il-famuż persuna li jieħu ħsieb il-klieb, forklift operator, cleaner ta' day centre, chief of staff eċċ, eċċ.

L-OPM hu l-aktar dipartiment li għandu persuni ta' fiduċja, fejn hemm 112. Phyllis Muscat, il-kap tat-task force taċ-CHOGM hi l-ogħla mħallsa fejn kienet fuq l-ogħla skala tal-gvern, Scale 1. Glenn Bedingfield ġie appuntat bie xjieħu ħsieb jikkordina l-PQ's. L-eks xufiera ta' Carmelo Mifsud Bonnici u tal-eks Prim Ministr Lawrence Gonzi huma fost il-lista, bħalma hu l-eks assistent personali tiegħu li llum jikkordina l-funzjonijiet amministrattivi tal-OPM.

 

More in Politika