Ippakkja u Itlaq - Busuttil lil Ian Borg
L-Oppożizzjoni qed tistenna li Ian Borg iwarrab minn Segretarju Parlamentari u mill-Parlament
minn John Busuttil
"Ibda żvojtja l-uffiċċju, għamel il-bagalji u itlaq mill-uffiċċju. L-Oppożizzjoni qed tistenna li Ian Borg iwarrab minn Segretarju Parlamentari u mill-Parlament". Dan iddikjarah il-Kap tal-Oppożizzjoni, Stimon Busuttil f'intervista fuq Radio 101 qal li "l-poplu Malti qed jinsteraq kuljum meta jixtri petrol u dijżil. Il-poplu Malti ilu jinsteraq u fl-aħħar sena il-prezz taż-żejt kien nieżel. Wieħed jistenna li jekk il-prezz taż-żejt jinżel, il-petrol u d-dijżil jonqos ukoll. Hu fatt li l-Gvern naqqas b'ħafna fanfarunati l-prezz tal-fjuwil bi ftit. Ġejna f'sitwazzjoni redikola li f'isem dik li l-Gvern isejħilha politika ta' stabbilità qed iżomm il-prezz stabbi fi prezz għoli. Prezz stabbli tajjeb meta jiggwadanja minnu l-konsumatur. Il-poplu Malti u Għawdxi qed jinsteraq kuljum u mbagħad tara l-Gvern iberbaq bl-addoċċ. Dan hu l-mod kif in-nies qed iħallsu għall-korruzzjoni. Din hi l-falsità tal-Gvern li tgħidlu grazzi għax inaqqaslek ftit il-fjuwil. Il-Prim Ministru spiċċa qisu attur f'soap opera mimlija pożi. Aktar u aktar nies qed jaraw l-verità u qed jaraw aktar ċar. Hawn Gvern Laburista li qed jara kif se jiffanga hu u tal-klikka. L-Oppożizzjoni se tkompli tinsisti li l-konsumatur għandu jgawdi skont kemm jixraq."
Dr. Busuttil fl-intervista tkellem ukoll dwar il-kwistjoni Ray Zammit, "Owen Bonniċi ikun mistoqsi dwar kif jista' jkun hemm fiduċja f'Ray Żammit li ilu jħawwad u jgħawweġ u l-Ministru jaħrab mill-mistoqsija. Biex nies mill-Partit Nazzjonalista jirriżenjaw jitkellmu mill-ewwel u fuq Ray Zammit li kien involut fl-agħar skandli, dak tax-xufier tal-Ministru Mallia, u li b'inqas minn €20,000 jingħata tlett plots ta' art pubblika. Dan x'ġħandu differenti Ray Zammit? Dan jaf xi ħaġa fuq il-Prim Ministru? Dan allura xejn u jitħalla hemm? Dan issa hu responsabbli mill-aġenzija tal-infurzar. Dan il-Gvern qed jagħti eżempju ħażin immens. Fil-Ġermanja meta dan l-aħħar kien hemm każijiet fejn gruppi ta' nisa ġew attakkati, il-Kap tal-Pulizija twarrab mill-ewwel. Fi żmien tlett xhur f'Malta instabu mejta tlieta minn nies li kienu taħt il-kustodja tal-Pulizija u la jirriżenja l-Kummissarju u lanqas ħadd."
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li is-Segretarju Parlamentari Ian Borg u qal li 'l-Ombudsman qal li l-MEPA għamlet żball gravi meta ħarġet il-permess għal żvilupp u dan ifisser li għandha tirtirah u qal li Ian Borg akkwista dan il-permess b'ingann. Jista' jkun ċar aktar minn hekk l-Ombudsman. L-Oppożizzjoni qed tistenna li Ian Borg iwarrab minn Segretarju Parlamentari u mill-Parlament. Nippretendu li anke Ian Borg jirriżenja minn Segretarju Parlamentari u mill-Parlament. Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni qalet li taqbel mal-konkużjonijiet ta' Ombudsman. It-tnejn qed jgħidu li l-permess inħareġ bi żball gravi. Il-Kummissjoni qalet li m'hux pruvat li hemm korruzzjoni sal-livell dettal mil-liġi kriminali. Ibda żvojtja l-uffiċċju u għamel il-bagalji u itlaq mill-uffiċċju", iddikjara Dr Busuttil.