(Filmat) Commodini Cachia tkompli taħdem fl-ewropa dwar id-drittijiet tat-tfal
Diskors MEP Comodini Cachia fil-PE fi Strasburgu.
More in Politika
Diskors MEP Comodini Cachia fil-PE fi Strasburgu.
Ma hemmx dubju li d-drittijiet tat-tfal jixirqilhom attenzjoni partikolari. Ghalkemm il-Konvenzjoni dwar id-Dirttijiet tat-Tfal hija fost l-aktar ratifikata, l-implimentazzjoni taghha tfalli f´diversi setturi. Il-politika, bhas-socjetajiet li tirrifletti, mhux dejjem taghraf l-qofol tal-ahjar interess tat-tfal. Huma membri shah tas-socjeta li l-vulnerabilita taghhom iggibhom vittmi tal-agir tal-adulti ta´ madwarhom. Isofru l-effetti ta´ ambjent imniggess, poverta, vjolenza, diskriminazzjoni u sfruttar iehor. Huwa ghalhekk mehtieg li l-Unjoni Ewropea tkompli fil-hidma taghha sabiex tassigura li l-Konvenzjoni ma tkunx biss fost l-aktar Konvenzjonijiet ratifikati, izda tkun fost l-aktar Konvenzjonijiet implimentati. Fl-imigrazzjoni rajna r-reazzjoni tan-nies ghal ritratt ta´ kadavru ta´ tifel li ghereq fil-vjagg tieghu lejn hajja ahjar. Kemm hemm tfal li mietu f´dawn il-vjaggi li ma nafux bihom. u Kemm hemm tfal li qedghin isofru hruxija li ma narawx ritratt taghhom. Huwa l-obbligu taghna, l-Unjoni Ewropea, li nikxfu l-hruxija li qed jesperjenzaw dawn it-tfal u nassiguraw li qed naghmlu kollhox biex inwaqqfuha.