Il-gvern Żvizzeru qed jipproponi biex iħallas lil kull wieħed mill-poplu tiegħu €2234 fix-xahar, anke lil dawk li ma jaħdmux ħalli b'hekk tinqered darba għal dejjem il-poverta. Skont il-gvern qal li xorta l-maġġoranza tal-Iżvizzeri iridu jaħdmu u b'hekk barra s-salarju tagħhom idaħħlu is-somma li jagħtihom il-gvern ukoll.
Din il-proposta se tiġi vvutata f'referendum madwar il-pajjiż kollu. Dan il-pjan radikali ġie propost minn grupp ta' intelletwali li jagħmel lil Żvizzera l-ewwel pajjiż li jagħti introjtu bażiku lil kull ċittadin tagħhom, sew jekk jaħdmu kif ukoll jekk ma jaħdmux.
L-istess pjan jgħid ukoll li barra l-adulti, t-tfal kollha jirċievu €130 fil-ġimgħa. Il-gvern federali qal li dan il-pjan se jkun jiswielu €188 biljun fis-sena, fosthom €138 biljun jinġabru mit-taxxi, filwaqt li €72 biljun jiġu trasferiti mill-insurance soċjali u mill-infieq tal-assistenza soċjali. Il-grupp li qed jipproponu din l-inizjattiva li jinkludu kittieba, artisti u intelettwali qed jgħidu li skont stħarriġ tagħhom ir-residenti xorta jibqgħu jaħdmu u jħallsu l-kontribut tagħhom.