Il-PN jista’ jirbaħ l-elezzjoni li jmiss? - Franco Debono

Franco Debono fil-blog tiegħu dalgħodu wieġeb lil min qal li l-PN ma jistax jirbaħ l-elezzjoni

Dan hu dak li kiteb Franco Debono fil-blog tiegħu, li mingħajr ma jsemmi ismijiet, jirrispondi għal dak li qal iktar kmieni din il-ġimgħa Jeffrey Pullicino Orlando:

"Smajt li xi ħadd qal li l-PN ma jistax jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Ovvjament kulħadd ghandu dritt għall-opinjoni u nirrispettaw l-opinjoni ta’ kulħadd.

Il-ħsieb tiegħi huwa dan –

1. Ħafna drabi, ma tkunx l-Oppożizzjoni li tirbaħ l-elezzjoni iżda l-Gvern li jitlifha bl-iżbalji li jagħmel speċjalment jekk ripetuti, fuq medda ta’ żmien;

2. Jien ma nafx jekk il-Partit Nazzjonalista jistax jirbaħ l-elezzjoni li ġejja jew le, però li naf hu li jekk xi Gvern hu min hu  jibqa’ jagħmel żball wara ieħor, żgur li jista’ jitlef l-elezzjoni! 

3. Mistoqsija retorika – U jekk il-Partit fil-Gvern jitlef l-elezzjoni, min jirbaħha?"

Dan jiġi wara intervista li dehret nhar il-Ħadd li għadda, 7 ta' Frar fil-gazzetta ILLUM, ma' Jeffrey Pullicino Orlando meta insista li l-Partit Nazzjonalista m'għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li jmiss.

 

More in Politika