Il-monument 'Għoqda' li hemm pjazza Kastilja ġie jiswa €277,152 wieġeb il-Prim Ministru fuq mistoqsija ta' David Agius, filwaqt li kkonferma li m'hemm l-ebda pjan li dan il-monument li kien sar biex jikkomemora il-Valletta Summit se jitneħħa mill-pożizzjoni ċentrali li jinsab fiha. Din l-għoqda suppost li tisimbolizza l-pont bejn l-Ewropa u l-Afrika.
Il-Gvern ħallas lil Halmann €177,000 għall-irħam u €33,040 għall-inġinerija, trasport u l-installazzjoni tal-monument. Filwaqt li ħallas €57,112 lill-Atlas Tool Engineering Ltd għall-istruttura tal-isteel u €10,000 lill-artist Vince Briffa għad-disinn u moniteraġġ tat-tqegħid tiegħu. "Bħal f'kull każ ta' monument dan sar b'direct order" qal Muscat.