Taħt Tonio Fenech il-ministeru tal-finanzi nefaq €112,766 f'ikliet u parties fl-2009

L-istess ministeru nefaq €2,928 is-sena li għaddiet

Minn mistqsija parlamentari minn Anthony Agius Decelis ħareġ li taħt Tonio Fenech il-Ministeru tal-finanzi fl-2009 nefaq €112,766 f'ikliet u parties skont l-informazzjoni li ngħatat minn Edward Scicluna.

Fl-2008 l-istess ministeru nefaq €92,248, €45,834 fl-2010, €19,430 fl-2011, u €22,345 fl-2012.

Sadattant li l-istess ministeru taħt din l-amministrazzjoni naqqas dawn l-ispiċi b'mod konsiderevoli €2,928 is-sdena li għaddiet, €7,702 fl-2014 u €14,310 fl-2013.


 

More in Politika