Kif tellajnih, inniżluh - Marlene Farrugia
Issejjaħ il-kumpanija tal-Panama bħala 'ISLOĦ MALTA INCORPORATED'
minn John Busuttil
Marlene Farrugia, l-eks deputata Laburista u membru Parlamentari Indipendenti kitbet status twil fil-facebook tagħha bi kliem iebes kontra l-gvern u l-partit li hi kkontestat l-elezzjoni miegħu biex telgħet fil-parlament. Fi kliemha stess qalet li hi stinkat biex dan il-gvern jirbaħ l-elezzjoni u elenkat x'ġara skont hi s'issa f'dawn it-tliet snin ta' gvern fejn temmet din il-lista billi kitbet...'kif tellajnih...iniżżluh'. Filwaqt li fuq l-istatus tefgħet il-bandiera Maltija.
Dan hu eżatt dak li kitbet
Isloh Malta Incorporated!( il-panama)
Dalwaqt naghlqu tlett snin minn meta tellghajna lill-Lejber fil-Gvern.
Stinkajna u ssarajna ghax emminna bis-shih li Malta kellha bzonn bidla fil-mod kif kienet qed issir il-politka.
U xogholna lkoll sarraf f' rebha tant kbira ghall-moviment taghna, li l-Gvern li tellghajna tajnieh is-sahha biex jaghmel dawk il-bidliet kollha li weghdna flimkien fil-programm elettorali.
Kellna fiducja li l-poter li tajna lill-Joseph Muscat issa Prim Ministru tissarraf f' governanza ghaqlija u responsabbli.
Kellna kull stennija li matul din il-legislatura , Joseph Muscat jikseb l-gharfien mhux biss ta' politku rispettat izda wkoll ta' Statista meqjum.
Izda x' gara fil-verita sa issa.
Fejn tidhol l-ekonomija bnejna fuq li kien hemm li huwa tajjeb imma mhux tajjeb bizzejjed.
Fejn tidhol l-Energija bieghna gid il-poplu f' kuntratti mohbija li ma rajnihomx.
Rahhasna d-dawl b' 25% meta z-zejt rahas b' aktar minn-nofs.
Qed inhallsu l-oghla prezzijiet tal-fuel fl-Unjoni Ewropea.
Ahna l-popolin , permezz tal-Gvern PL tajna mijiet ta' miljuni garanzija lil kumpaniji privati fosthom lill-electrogas li s-sena l-ohra kellha tghaddilna lesta l-Power Station il-gdida .
Mela bieghulna gidna biex innaqqsu l-piz ta' garanziji finanzjarju lill-kumpanija Enemalta li kienet taghna, biex imbaghad minn wara darna u bi flusna tajna garanzija lill-kumpanija privata!
Lix-Xlukkajri ha npoggulhom Tanker fil-bajja u hallejnielhom il-fabbrika tal-Kancer xalata.
Sfregju fejn jidhol l-ambjent.
L-ewwel barrani li gie talab bicca seafront ODZ Zonqor Point , sraqniha minn halq il-poplu biex tajnihielu bil-hbub.... biex insiru nafu dak inhar li l-Gvern ghaddielu l-art ,li mhux veru kellu l-licenzja biex jopera Universita!
U Universita' hemm bzonn tkun seafront?!
Sadanittant Is-settur tas-sahha tpogga fuq is-suq ukoll ,u jidher li nbiegh f' kuntratti li la jghoddu ghal-ghajnejna u lanqas ghal widnejna.
U dan li nafu li ma nafux bih. Min jaf xi tgerrfix hemm li m' ghandniex ideja tieghu!
Sadanittant l-iskandli hergin minn Kastilja ma waqfux.
L-Awditur Generali gabuh jitkellem wahdu.
L-Ombudsman l-istess!
Imbaghad faqqet il-kwistjoni tad-Deputy Leader tal-PL.
Ta' Kastilja ddecidew li jkun Konrad. Bidlu l-istatut.
Tellaq wahdu u hatruh!
U fil-fratemp komplejna nintebhu ghalfejn il-Gvernu l-Partit kien importanti li jsiru haga wahda:
Isloh Malta LTD
Demokrazija 0
Il-Mafia ta' Kastilja renjanti.
Il-Partit Laburista hijacked.
Il-Moviment Laburista mbellah!
Il-Parlament farsa mill-Speaker l-isfel.
Malta ccassata bl-ardir.
Imma issa kulhadd jifhem ahjar ghalfejn tnehhiet MLouise Coleiro mill-Kabinett, Godfrey Farrugia minn Ministru tas-Sahha u Micheal Falzon mill-Lands!
L-aqwa wahda hi ta' dal-jumejn imma.
Ministru ta' Malta u c-Chief of Staff tal-Prim jaghtu vot ta' sfiducja lis-Servizzi Finanzjarji Maltin u biex tkompli tghaxxaq l-angli jitfghu il-fiducja finanzjarja taghhom fl-Istat tal-Panama li huwa blacklisted mill-Unjoni Ewropeja u maghruf ghat-tahwid mad-dinja kollha!
Jien il-fiducja fil-Gvern ilni li tliftha imma fil-poplu ghandi fiducja shiha.
Dan mhux il-Gvern li vvutajna ghalih.
Kif tellghajnieh , innizzluh.