Keith Schembri għadu kif ħareġ stqarrija fejn irrefera għar-rapporti mill-midja li qed jirriflettu attakki mhux sostanzjati u ko ordinati kontrih li skont Schembri oriġinaw minn sors malizzjuż u dubjuż. "Jien kategorikament niċħad kull akkuża fuqi. Hu ċar li hemm nies li ma jistgħux jattakkawni politikament u qed jattakkawni bil-gideb u qerq l-interessi kummerċjali tiegħi. Qabel aċċettajt il-kariga mal-Prim ministru jien ċedejt kull post eżekuttiv li kelli tal-interessi kummerċjali tiegħi u n-negozju tiegħi kien li niżgura li Malta jkollha gvern li jagħmel differenza fil-ħajja tal-poplu."