Busuttil ikompli jnaqqas id-distakk…filwaqt li Muscat ikompli jitlef il-fiduċja tal-iswitchers

Il-Partit Nazzjonalista kważi ras imbras mal-Partit Laburista skont is-survey tal-Malta Today

Il-PN jinsab biss punt żvantaġġ fuq il-PL mis-survey li sar mill-Malta Today f'dawn il-jien fejn ħareġ l-iskandlu b'mod lampanti tal-Panama. Muscat għadu jgawdi vantaġġ fuq Busuttil ta' erba punti, li naqaslu bin-nofs meta sa biss xahar ilu kien qed igawdi 8 punti vantaġġ u sena ilu l-vantaġġ kien ta' 15-il punt.

Is-survey wera biċ-ċar li Simon Busuttil żied ħafna fil-fiduċja tal-poplu filwaqt li dawk li kienu dejjem jgħidu li ma jafdaw lil ħadd minnhom naqas ukoll drastikament. Fl-istess survey ħareġ ukoll li l-laburisti li dejjem ivvutaw labour baqgħu ma tilfux il-fiduċja fil-partit tagħhom anke wara l-iskandlu tal-Panama. Dan ifisser li Muscat tilef il-fiduċja ta' ħafna switchers filwaqt li żied ftit mil-Laburisti. Għall-ewwel darba Busuttil għandu aktar fiduċja mill-iswitchers u fosthom 23% biss għad għandhom fiduċja f'Muscat filwaqt li 41% ma jafdaw lill-ebda minnhom.

 

More in Politika