Franco Mercieca il-magħżul mill-Prim Ministru biex jimbotta l-proġett tal-Mina

Mercieca jgħid li m'hemmx bżonn ta' referendum għax hemm kunsens bejn iż-żewġ partiti

Franco Mercieca ġie magħżul mill-Prim Ministru biex ikun hu li jimbotta l-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Dan żvelaħ l-istess Mercieca f'intervista li taha lil Newsbook fejn. Mercieca qal li jinsab f’koordinazzjoni ma’ Transport Malta biex il-proġett, li jinsab fi stadju ta’ studji. Kompla billi semma Professur Norveġiż li ġie nominat bħala konsulent ta’ TM fil-passi meħtieġa u fit-tul biex finalment il-proġett jimmaterjalizza.

Mistoqsi dwar ix-xogħol pjanat din is-sena, Franco Mercieca qal li dis-sena għandhom ikunu lesti l-istudji ġeo-tekniċi parzjali u l-analiżi siżmika tar-reġjun biex ikun jista’ jinbena d-disinn kunċettwali tal-mina, inkluż fejn se tiżbokka kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. 

 Temm jgħid li mhemmx ħtieġa ta’ referendum dwar dan is-suġġett għax jeżisti kunsens tal-partiti politiċi ewlenin.

More in Politika