'Tfixkil mill-kunsilliera tal-Partit Laburista f'San Pawl il-Bahar'

Is-sindku Nazzjonalista tgħid li l-lunika ħidma li qed jagħmlu l-kunsilliera laburisti hi biss ta' tfixkil

Is-sindku ta' San Pawl il-Baħar, il-perit  Graziella Galea ħarġet stqarrija wara li skont hi l-kunsilliera tal-partit laburista ta' San Pawl il-Baħar qed jagħġmel minn kollox biex isir tfixkil fuq il-ħidma tal-Kunsill tal-lokalita. Is-sindku Nazzjonalista kitbet hekk

Il-Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar qieghed kontinwament jsib tfixkil
mill-kunsilliera tal-Partit Laburista fl-istess lokalita’. Fl-ahhar laqgha
skedata li nzammet fl-14 ta’ Marzu, 2016, kunsillier tal-Partit Laburista
qam minn fuq il-mejda sabiex b’hekk ma kienx fadal il-quorum mehtieg
ghal-laqgha u b’hekk il-laqgha ma setghatx titkompla, esatt qabel ma konna
ser nghaddu ghall-approvazzjoni tal-pagamenti.
Il-Partit Laburista qieghed jara xi skuza ser jipprova jsib biex ikun
jista’ jwaqqaf l-hidma tal-Kunsill, bhal dak tal-hin li fih jinzammu
l-laqghat tal-Kunsill u tal-live streaming. Fil-fatt il-live streaming
prattikament minn meta gie nstallat fi zmien it-tmexxija tal-Partit
Laburista, ma hadem qatt, ghax, meta suppost kien jiffunzjona kien ikun
hemm ilmenti li wiehed ma setax isegwi dak li qed jnghad. Wara dan, ukoll
waqt l-amministrazzjoni precedenti, din il-facilita’ twaqqfet kompletament.
Barra minn hekk, il-website tal-Kunsill li kienet tintuza ghall-live
streaming, waqfet tahdem hesrem, kumbinazzjoni esatt meta sar tibdil
fit-tmexxija ta’ dan il-Kunsill.



Bhalissa l-Kunsill qieghed jaghmel dak kollu necessarju sabiex dan il-live
streaming jibda jiffunzjona mill-aktar fis, fosthom permezz ta' website
gdida.



Il-Partit Laburista ma ghandu l-ebda hsieb li jinvesti fil-lokalita’ ta’
San Pawl il-Bahar. Wiehed ta’ min isemmi kif il-Gvern ma accettax li jghin
lill-Kunsill fuq xoghol ta’ toroq, kuntrarjament ghal dak li sar
fil-passat, kif ukoll ghall-fatt li din is-sena il-Festival tan-Nar mhux ha
jsir f’din il-lokalita’ kuntrarjament ghal dak li gara fis-snin
l-imghoddija. Il-kunsilliera tal-Partit Laburista qieghdin ikomplu
bl-istess agir, bhal estensjoni tal-Gvern Centrali, tant li diversi ma
accettawx il-karigi mghotija lilhom.
L-uniku hidma li qieghda ssir minn uhud mill-kunsilliera tal-Partit
Laburista hi dik ta’ tfixkil lejn il-hidma li qieghda tipprova titwettaq,
hidma li ta’ min wiehed isemmi bdiet bi kwazi nofs miljun ewro dejn
minhabba t-tmexxija hazina tal-Partit Laburista f’San Pawl il-Bahar, hidma
li harset biss sad-data tal-elezzjoni tal-Kunsill Lokali. Fil-fatt
il-Kunsill b’maggoranza Nazzjonalista qata’ kwazi dan id-dejn kollu sabiex
issa jista’ jkompli bil-hidma tieghu.
Dan kollu mhux ha jaqta qalb il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.
Il-kunsilliera gew eletti sabiex iservu fil-lokalita’ lir-residenti li wrew
il-fiducja fihom. Dawk il-kunsilliera u r-residenti li vera ghandhom ghal
qalbhom il-lokalita’ huma mistiedna biex jinghaqdu fil-hidma favur din
il-lokalita’.

More in Politika