'L-iskema ta’ dejn sigriet tal-PN hija frodi istituzzjonalizata'
'Double standards tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-libelli Kriminali – kien fetaħ libell Kriminali lil Manuel Cuschieri' - PM
More in Politika
'Double standards tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-libelli Kriminali – kien fetaħ libell Kriminali lil Manuel Cuschieri' - PM
Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija dwar l-iskema ta’ dejn sigriet tal-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru stqarr li din l-iskema hija frodi istituzzjonalizata u li zgur mhux korretta filwaqt li semma kif din l-istess skema hija turija għaliex Gvern Nazzjonalista kien kaxkar saqajh biex jagħmel il-liġi tal-finazjament tal-Partiti. Din l-iskema ma turi l-ebda sinjal ta’ best practice bis-segretezza li toffri, saħaq il-Mexxej Laburista filwaqt li semma kif illum biex persuna jiġbed ammont ta’ €5,000 mill-bank fi flus kontanti, irid jgħaddi minn proċess imsejjaħ KYC, Know your client, iżda jekk tmur tagħti l-flus lill-Partit Nazzjonalista mhu se jkun hemm l-ebda proċess.
L-għan ta’ din l-iskema hija li ddur mal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, hekk kif wara tant diskussjonijiet dwar l-istess liġi, l-avukati fi ħdan il-PN sabu din is-sistema li propja ddur mal-liġi. Dan huwa mod irresponabbli wara li jqis id-diskussjonijiet kollha u l-isforzi li saru u għalhekk għandhom isiru diskussjonijiet biex il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti tkun mibdula, ħabbar Joseph Muscat.
Filwaqt li tkellem fuq ir-riforma proposta dwar il-liġi taċ-ċensura u semma kif ma jridx li jgħix f’pajjiż fejn hemm liġijiet li huma arkajki, il-Mexxej Laburista qal li l-liġi taċ-ċensura proposta ser tkun waħda moderna fejn ir-responsabiltà ser tkun fuq l-artisti u mhux li jkun hemm xi big brother li jiddeċiedi hu x’inhu tajjeb u ħazin. L-ironija hija, issokta jgħid Joseph Muscat li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hija kontra din il-liberalizazzjoni u filwaqt li jitkellmu kontra l-libell kriminali, li aħna qed naħdmu biex dan jieqaf, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien għamel huwa stess libell kriminali lil Manuel Cuschieri, dak iż-żmien President tal-Partit Laburista fis-sena 2000 u l-Viċi Kap tiegħu, Beppe Fenech Adami, kien għamel libell kriminali lill-ġurnalist Felix Agius. Dawn huma d-double standards tal-Kap tal-Oppożizzjoni, saħaq Dr Muscat.