'Inżommu naqra kalma għax se ngħaxxqu kollox'

'Qed jisħnu l-irjus quddiem il-kameras u l-midja tal-Labour'

Sorsi mill-PN li tkellmu mal-illum.com.mt sostnew li mhux kulħadd fil-PN huwa kuntent bl-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista u qed tinxtered il-biża' li l-affarijiet jistgħu jitilfu l-kontroll minn xi partitarji, kif fil-fatt ġara quddiem il-Qorti lbieraħ, “u hemmhekk ngħaxxquha.” 

jekk għandna nirbħu, issa nirbħuha l-elezzjoni. Il-partit qed jibża' li sal-elezzjoni, il-Gvern idawwar l-affarijiet favuru. L-għajta fil-partit hija li r-riħ issa qiegħed fil-qala

Is-sorsi li tkellmu magħna qalu li minkejja li jinsab dahru mal-ħajt, il-Gvern qed jżomm lura u qed jipprovoka b’mod intelliġenti. Is-sorsi mid-Dar Ċentrali qalu lill-illum.com.mt li l-laqgħat, dimostrazzjonijet u protesti li qed isejjaħ il-PN, “mhuma qed ikunu organizzati xejn u qed jisħnu l-irjus quddiem il-kameras u l-midja tal-Labour u qed joħorġu wisq l-element mill-aktar militanti.”

Dawk li tkellmu magħna qalu li l-PN daħħalha f’rasu li akkost ta’ kollox jiddistabilizza l-Gvern “għax jekk għandna nirbħu, issa nirbħuha l-elezzjoni. Il-partit qed jibża' li sal-elezzjoni, il-Gvern idawwar l-affarijiet favuru. L-għajta fil-partit hija li r-riħ issa qiegħed fil-qala.”

Is-sorsi tagħna qalu li bħalissa fil-partit qed tikber l-aspettativa għal rebħa fl-elezzjoni li jmiss u bosta diġà qed jitkellmu b’ċertezza li l-PN se jirbaħ

More in Politika