Joseph Muscat qed ixekkel il-ġustizzja, tgħid Repubblika

L-għaqda Repubblika takkuża lill-PL u Joseph li qed ippinġu lill-Maġistrat Gabriella Vella f’dawl ikrah sabiex jagħtu dnubhom fl-inkjesta tal-bejgħ tal-isptarijiet pubbliċi

Protesta quddiem il-Qorti favur Joseph Muscat (Ritratt: Repubblika)
Protesta quddiem il-Qorti favur Joseph Muscat (Ritratt: Repubblika)

L-għaqda Repubblika takkuża lill-PL u lil Joseph Muscat li qed jużaw is-saħħa li għandhom fuq il-midja sabiex ippinġu lill-Maġistrat Gabriella Vella, li kkokludiet l-inkjesta dwar il-korruzzjoni fil-każ tal-Vitals, f’dawl ikrah talli qed tagħmel xogħolha u jiskoraġixxu lilha, u xhieda oħra, fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

“Bħallikieku mhux xogħol maġistrat li tieħu d-deċiżjonijiet u tagħti l-ordnijiet meta tkun qed issir dik li isimha mhux għalxejn hu "inkjesta maġisterjali,” tgħid l-għaqda fl-istqarrija tagħha. Repubblika qalet li kull akkużat jipprova jaħbi x’għamel, imma mhux kull akkużat għandu l-istess saħħa fuq il-midja bħal Joseph Muscat.

Skonthom, Muscat qed jintimidat l-qaddejja tal-istat mill-midja b’metodu “faxxist u mafjuż”. Repubblika tgħid li l-Prim Ministru Emeritu jista juża l-midja sabiex jiddeffendi lilu nnifsu minflok jikoordina attakk fuq qaddejja tal-istat li qed tagħmel xogħolha kif suppost.

L-għaqda għamlet referenza għall-kummenti intimidatorji li saru fuq il-midja soċjali lejn il-Maġistrat. Riżultat ta’ dan, l-għaqda tappella għas-sigurta personali tal-Maġistrat Vela u l-familja tagħha, kif ukolltal-qaddejja tal-istat.

Repubblika, flimkien ma’ bosta għaqdiet li jaħdmu kontra l-korruzzjoni u għall-ġustizzja soċjali, ħa tagħmel protesta fit-2 t’April fis-6pm sabiex tagħmel l-aħħar appell lill-Parlament sabiex ma tgħaddix l-abbozz ta’ liġi 125. Jekk tagħdi Abbozz 125, iċ-ċittadini ma jistgħux ifittxu direttament sabiex tinfetaħ inkjesta maġisterjali. 

More in Politika