Wieħed mid-diretturi tal-kumpanija Mossack Fonseca, Ramón Fonseca Mora, qal li Konrad Mizzi ma qalx li huwa politiku, meta fetaħ il-kumpanija fil-Panama. Dan ġie żvelat f'intervista li Fonseca għamel mal-gazzetta mill-Panama, La Estrella lura f'Marzu li għadda.
Fonseca qal li, "M'hemm xejn ħażin," u kulma ġara kien li, "Persuna għamlet kumpanija għall-familja tagħha."
Fonseca qal li, "M'hemm xejn ħażin," u kulma ġara kien li, "Persuna għamlet kumpanija għall-familja tagħha."
Minkejja dan, Fonseca qal li l-unika ħaġa li ma kinux jafu kienet li Mizzi kien politiku, għaliex huma m'għadhomx jagħmlu dan it-tip ta' xogħol għal politiċi. "Li ħarbilna kienet li hu kien politiku, u aħna m'għadniex nagħmlu kumpaniji għall-politiċi." Dan juri n-nuqqas ta' riċerka li ssir qabel il-ftuħ ta' kumpanija minħabba li wieħed faċilment isib li Mizzi huwa ministru minn tfittxija ħafifa fuq l-internet. Minkejja dan, għad irid ikun magħruf min żamm din l-informazzjoni.