Fi stqarrija maħruġa ftit ilu il-Kap tal-Aħbarijiet tal-istazzjon tal-PL Aleander Balzan irrimarka kif l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil illum qal li l-ġurnalisti ta’ ONE News li l-bieraħ kienu qed jirrapportaw l-avvenimenti quddiem il-Qorti wara li saret sejħa għar-rappurtaġġ u sfaw aggrediti kienu qiegħdin hemm bħala “provokazzjoni”. Huwa qal li huwa "inaċettabbli li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kkundannax l-aġir ta’ nies qrib tiegħu li attakkaw lill-ġurnalisti."
balzan kompla jisħaq illi f’soċjeta demokratika l-ġurnalist "għandu jkun imħares u mhux imxekkel milli jaqdi dmirijietu, b’Kap tal-Oppożizzjoni li japprova l-aġir ta’ folla li tinkludi persuni b’kondotta xejn tajba. Dan l-aġir ostili fil-konfront ta’ ONE NEWS", kompla jgħid Balzan, "ikompli jgħid "huwa konsistenti mal-attakk u l-mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni nniffsu jittratta l-mezzi tax-xandir, b’mod partikolari dawk il-ġurnalisti li huma kritiċi tiegħu.tax-xandir, b’mod partikolari dawk il-ġurnalisti li huma kritiċi tiegħu."