Il-Prim Ministru Malti quddiem folla ta' delegati Laburisti li kien moħħhom biex japplawdu għal dak kollu li beda jgħid fid-diskors tiegħu fil-Konferenza Ġenerali tal-partit li fiha ħafna stennew li se jieħu xi miżuri biex jitneħħa Konrad Mizzi minn Ministru u lil Keith Schembri minn Kap tal-istaff tiegħu. Iżda Muscat iddeċieda li jagħmel diskors dwar dak li akkwistat Malta taħt dan il-gvern u temm id-diskors billi sejjaħ lilu nnifsu bħala s-salesman li se jibqa jdur id-dinja bie xiġib ix-xogħol u l-investiment għal Malta. Fil-fatt hu qal li flimkien ma' delegazzjoni mill-kamra tal-Kummerċ se jmur illejla l-Ġordan u l-Libanu biex iġibu l-investimenti.
Dwar l-kritika li qed issirlu mill-oppożizzjoni Muscat qal, "L-Interess tiegħi li jara l-interess tal-pajjiż minn dak partiġġjan. Tħallux lil min jiżra l-mibgħedha u lil min ikompli jifrex l-odju. L-Għaqda dejjem tirbaħ fuq il-firda. Nemmen li stajt għamilt l-affarijiet aħjar f'dawn l-aħħar ġimgħat. Komplejt nitgħallem b'umilta għal futur. Nhar il-Ġimgħa li ġej il-gvern magħqud bil-membri kollha tiegħu se jirbaħ vot ta' fiduċja sod. U se jagħtina s-saħħa li nkomplu nbiddlu lil pajjiż. La jien u lanqas wisq inqas hu (Busuttil) li għandu dritt divin li jemxxi lil pajjiż. Dan hu gvern li tela b'mandat l-aktar qawwi biex jiggverna u dak il-gvern baqgħalu sentejn xogħol u wara se mmorru quddiem il-poplu b'umilta kontra l-arroganza ta' ħaddieħor. Dan hu gvern sod li se jkompli għaddej sa tmiem il-leġislatura"
Meta ġie biex jitkellem dwar il-korruzzjoni qal li l-korruzzjoni hi dak li ma jemminx fih il-Partit Laburisti u semma li hu ġej minn familja li batiet għal flusha u hu jobgħod il-korruzzjoni. Semma litanija sħiħa tal-ġid u xogħol li sar taħt il-mandat tiegħu f'Malta u semma it-tkabbir ekonomiku. Fost l-applawsi tad-delegati hu qal li issa se jiġġieled kontra l-faqar bis-saħħa għaż-żmien li ġej. Qal li soċjeta mifnija bil-korruzzjoni ma tistax toħloq dan il-ġid li qed jinħoloq. Fejn qal li l-gvern tiegħu se jiġġieled kull tip ta' korruzzjoni b'liġijiet li jgħalqu l-bibien għal korruzzjoni. Qal li hu ma jiġġilidx l-korruzzjoni bil-kliem iżda bil-fatti. "Neħħejna l-mażunerija li jgawdu l-erba tal-qalba. Aħna ma nħarsux lejn wiċċ min ikun. Jien Joseph Muscat m'inhix lest immexxi tribu iżda jien irrid mmexxi nazzjon magħqud." fost applaws kbir mid-delegati li ħafna drabi huma dawk li jilmentaw għax il-laburisti mhux qed ikunu moqdija biżżejjed.
Temm jgħid li dment li jibqa jmexxi hu l-arloġġ tal-pajjiż mhux se jmur lura għat-tmeninijiet iżda jmur lejn il-futur.