Marlene farrugia indirizzat il-folla quddiem Kastilja qabel tkellem il-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Hi għamlet diskors imqanqal fejn qalet li fuq in-naħa tal-lemin kellha lil Manwel Dimech u quddiemha għandha l-poplu Malti. Qalet li hi qed tipprotesta ma' partit li jrid jinbidel għax dak li kien qabel ġie mneħħi mill-poplu. Qalet li l-korruzzjoni fiha wiċċ u għamlet xebh mal-warden li jrid jagħti ċ-ċitazzjonijiet biex jaqla ftit x'jiekol u ħaddieħor flusu huma moħbijin. Semmiet ukoll li hi tieħu gost li l-ekonomija hu b'saħħitha iżda qalet li wieħġed irid jiftakar li din l-ekonomija b'saħħitha ilha ġejja minn 25 sena ta' gvern Nazzjonalista fost applawsi kbar mill-folla nazzjonalista preżenti.