Se tkun legalizzata l-ħaxixa ... fil-Kanada

Il-Kanada se tillegalizza l-ħaxixa s-sena d-dieħla biex taqta' n-negozju kriminali tagħha minn fuq l-idejn...intant f'Malta għalaqna sena minn mindu ddaħħlet ir-riforma fil-liġi tad-droga 

Il-Ministru tas-Saħħa tal-Kanada Jane Philpott ħabbret li l-Gvern tagħha se jintroduċi leġiżlazzjoni biex il-ħaxixa u l-bejgħ tagħha ikun legalizzat. Il-Prim Ministru Kanadiż stess Justin Trudeau mexxa 'l quddiem aġenda favur il-leġiżlazzjoni tal-ħaxixa biex b'hekk il-Kanada jkun wieħed mill-akbar pajjiżi fil-punent li jippermettu l-bejgħ tal-ħaxixa. 

Għall-inkwiet ta' bosta Philpott wegħdet li żżomm il-ħaxixa l'bogħod minn idejn it-tfal, u l-profitti l-bogħod minn idejn il-kriminali. Hija stqarret dan ilbieraħ, li għal dawk favur il-legalizzar tal-ħaxixa hija kkunsidrata bħala vaganza. 

Intant hawn Malta ilna sena issa minn mindu l-Gvern irrifoirma l-liġi tad-droga li wasslet biex l-użu tal-ħaxixa kien dikriminializzat filwaqt li l-liġijiet li jkopru l-użu personali ta' drogi oħrajn kienu mnaqqsin mis-severita' tagħhom. 



 

More in Politika