Diġa qed jidher ċar li fil-kariga ta' Deputat Mexxej meta kkontesta waħdu Konrad Mizzi, kienet kariga 'imposta' mill-mexxej, fejn dak in-nhar ħadd ma kkontesta din il-kariga. Issa li Konrad Mizzi tneħħa mill-istess mexxej mill-istess kariga donnha fetħet beraħ il-kontestazzjoni fi ħdan il-partit Laburista. Wara li dan is-sit ħareġ li hemm delegati u attivisti Laburisti li qed jimbuttaw lil Edward Zammit Lewis, issa ħareġ uffiċċjalment fil-beraħ il-Ministru Chris Cardona.
Interessanti l-fatt li dawn iż-żewġ kontestanti huma żewġ ministri li qed jagħmlu l-akbar suċċessi fid-dekasteru tagħhom, wieħed fit-Turiżmu u l-ieħor fl-ekonomija tal-pajjiż u t-tnejn li huma meqjusa bħala viċin ħafna Prim Ministru Joseph Muscat.