Stefan Zrinzo Azzopardi jitfa n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej

S'issa huma tliet avukati li tefgħu n-nomina għal din il-kariga

L-avukat Christian Cardona ministru tal-ekonomija, l-avukat Owen Bonnici ministru tal-Ġustizzja u l-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi huma t-tliet kandidati li s'issa tefgħu n-nomina biex jimlew il-vojt li ħalla l-Ministru Konrad Mizzi wara li rriżenja minn din il-kariga ta' deputat Kap Mexxej għall-affarijiet tal-partit. Ironiku l-fatt li t-tliet kandidati huma avukati, ironiku wkoll l-fatt li fil-passat il-Partit Laburista kien jinbex lil Partit Nazzjonalista li dan kien partit tal-avukati. Kemm jinbidel iż-żmien hux!

More in Politika