'La qatt kelli u qatt mhu se jkolli kumpanija sigrieta fil-Panama'
Francis Zammit Dimech jirritalja kontra "l-ingann u l-gideb tal-Partit Laburista"
More in Politika
Francis Zammit Dimech jirritalja kontra "l-ingann u l-gideb tal-Partit Laburista"
Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech ċaħad bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu dwar kumpanija fil-Panama. "Irrid nagħmila ċara li jiena la qatt kelli, la għandi u la qatt mhu bi ħsiebni jkolli xi kumpanija sigrieta fil-Panama jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor bħal ma għamlu Konrad Mizzi u Konrad Schembri. Irrid fil-fatt nagħmilha ċara li kontra l-ingann u l-gideb tal-mezzi ta’ propaganda tal-Partit Laburista, jekk tagħmel tfittxija fid-database marbuta mal-Panama Papers l-isem personali tiegħi lanqas biss ma jidher imkien" sostna Zammit Dimech.
Huwa qal ukoll huwa waqqaf l-uffiċċju legali tiegħu wara li kien Ministru u sostna illi "bħala fatt dik il-kumpanija qatt ma rreġistrat xi kumpanija fil-Panama u qatt ma pprovat taħbi l-interessi ta’ xi persuni mdaħħla fil-politika. Apparti dan kollu, fil-15 ta’ Awissu 2014, jiena rriżenjajt minn dik il-kumpanija u llum il-ġurnata m’għandi ebda interess finanzjarju jew xort’ oħra fl-istess kumpanija."
Li tipprova tħawwad l-imħuħ u tqiegħed fl-istess keffa l-ħidma tiegħi bħala Avukat ma min bħal Konrad Mizzi u Keith Schembri waqqaf kumpanija sigrieta għalih fil-Panama... juri l-istat ta’ ingann u disprament li jinsab fih bħalissa l-Gvern ta’ Malta."
Nieħu din l-opportunità biex nafferma li ebda intimidazzjoni mhi se twaqqafni milli nkompli naqdi d-doveri kollha u l-ħidma politka kollha tiegħi b’lealtà lejn il-poplu Malti. Anzi determinat aktar minnn qatt qabel biex inkompli b’dik il-ħidma.