L-eks segretarju tal-Partit Laburista, iċ-ċerman tal-One Productions u ċ-ċerman ta' Valletta 18 fuq facebook reġa ma ddejjaqx jikkritika mhux daqstant ir-riżultat li qatt ma wasal fil-Eurovision iżda wkoll tefa r-responsabilita u l-akkontabilita lejn min kien wara dan is-suċċess 'hekk imwiegħed' li ma wasal qatt. Jason Micallef fil-kitba tiegħu fuq facebook wera biċ-ċar li qed jitlob li is-CEO tal-PBS jitneħħa u jidħlu niex b'idejat ġodda u friski.
Dan hu l-kliem li kiteb eżatt Jason Micallef:
'Wara l-istennija ghandna rizultat iehor. Sfortunatament mhux dak li xtaqna, jew dak li l-PBS webbel lill-poplu li se jigri. L-ghajta sal-ahhar mill-PBS kienet li Malta se tirbah jew kwazi. Jinghad li ntefqu miljun ewro u aktar minn Anton Attard il-Kap tad-Delegazzjoni. Intqal li din id-darba l-flus ma kienitx problema. L-akbar delegazzjoni ta' kull zmien bl-akbar ammont ta' esperti internazzjonali, ghamlet hmistax Stokkolma. Anton Attard, il-mohh wara kull decizjoni, u l-infieq, ilu fuq dil-missjoni mill-2010. Man-nies jghid li ghamilha l-missjoni personali tieghu. Kellna sahansitra lill-poplu Malti jivvota u jaghzel kanzunetta biex imbaghad twarbet ghal kanzunetta ohra. Jimporta dal-pajjiz idahhal farka standards ta' kontabilita, u responsabilta, li meta l-affarijiet ripetutament imorru hazin, dak, jew dawk responsabbli jirrizenjaw? Possibbli jidhol demm gdid bi tmexxija gdida biex jipprova jgib lejn pajjizna dak li haddiehor falla fuqu ripetutament? Dan li qed nitlob, esagerat? Nistghu bhala cittadini li nhallsu 4miljuni fis-sena lill-PBS mit-taxxi taghna nibqghu siekta fuq falliment wara l-iehor? Ma nahsibx. Pajjizna jixraqlu ferm u ferm ahjar mix-xandir nazzjonali.'