'Se jittieħdu passi ta’ libell fil-konfront tal-kelliema tal-PN'

Il-gvern jgħid li l-Oppożizzjoni tigdeb u tħammeġ biex tipprova ittellef l-ikbar investiment fl-enerġija

Bil-konferenza stampa ta’ dalgħodu l-Oppożizzjoni qed tipprova b’allegazzjonijiet giddieba u maħmuġin, ittellef l-ikbar investiment fl-enerġija li qatt ra pajjiżna. L-Oppożizzjoni tagħmel dan għax hija mdejqa li l-Enemalta ġiet fuq saqajha, li l-power station taħdem bil-gass u li l-poplu Malti qed iħallas kontijiet orħos.

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jistrieħ fuq gideb li ġie ċċirkolat sempliċiment biex inaqqas mill-ġieħ u r-reputazzjoni ta’ individwi bl-iskop li jtellef lill-Gvern mill-ħidma tiegħu. Il-Gvern se jkun qiegħed jieħu l-passi kollha biex ma jħallix lill-Oppożizzjoni tħammeġ iktar lil pajjiżna.

 

Iffaċċjat minn dan il-gideb qarrieqi, se jkollhom jittieħdu passi ta’ libell fil-konfront tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista.

More in Politika