Iż-żewġ partiti jnaqqsu bi 3% l-fiduċja mill-elettorat

Muscat iżomm vantaġġ ta' 7 punti fuq Busuttil filwaqt li Marlene Farrugia tirbaħ l-fiduċja ta' 1.5 % tal-elettorat

Il-battalja bla ħniena li qed tirranka bejn iż-żewġ partiti ewlenin qed tagħmel ħsara kbira lill-istess partiti fejn it-tnejn li huma tilfu 3% l-fiduċja tal-elettorat li jidher li din it-tip ta' politika dejqitu. L-oppożizzjoni minn din il-battalja ma rebħet xejn fejn jidher li Muscat baqa jgawdi vantaġġ ta' 7 punti fuq Simon Busuttil li ma rebaħ ebda punti fuq l-prim ministru. Dan juri li wara tliet snin bħala kap tal-PN, Simon Busuttil għadu ma rnexxilux jirbaħ il-fiduċja fuq Muscat. Dan kollu ħareġ mill-istħarriġ tal-Malta Today. Iż-żewġ mexxejja żiedu fil-persentaġġ man-nies tagħhom iżda l-istħarriġ juri li 40% tal-iswiċers m'għandhomx fiduċja fit-tnejn li huma filwaqt li terz tal-iswiċers għandhom fiduċja f'Joseph Muscat. Mill-iswiċers kollha huma biss 17% minnhom li jafdaw f'Simon Busuttil. Min-naħa l-oħra l-Altrenattiva Demokartika għall-ewwel darba mill-2013 laħqu it-2% tal-elettorat filwaqt li Marlene Farrugia li għadha ma ħabbritx il-partit tagħha uffiċċjalment diġa għandha appoġġ ta' 1.5% mill-elettorat. Dan ifisser li 3.5% tal-elettorat diġa qed jersqu lejn it-tielet partit u jitbegħdu mill-partiti tradizzjonali.

More in Politika