Il-PN se jħallas id-dejn ma' Keith Schembri biex ma jkomplix jheddu

Busuttil qal li l-Partit irċieva ittra mingħand Keith Schembri nhar il-Ġimgħa li għaddiet biex id-dejn jitħallas fi żmien ġimgħa bl-interessi kollha u għada stess se jirċievi ċ-ċekk

F’intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil qal li għada stess, il-Partit se jibgħat ċekk ta’ €121,000 biex ikopri d-dejn li l-Partit għandu ma’ Keith Schembri.Dan minħabba l-fatt li  rċieva ittra mingħand Keith Schembri nhar il-Ġimgħa li għaddiet biex id-dejn jitħallas fi żmien ġimgħa bl-interessi kollha.Simon Busuttil qal li sa tliet snin ilu, il-PN kien jixtri l-karta tal-gazzetti tiegħu mingħand il-kumpanija ta' Keith Schembri li din hija theddida ċara ġejja mill-uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja u għalhekk il-Partit Nazzjonalista mhux se jaqa’ għal dan it-theddid. Għalhekk il-Kap tal-PN saħaq li għada stess se jintbagħat iċ-ċekk lil Keith Schembri fl-uffiċċju tiegħu f’Kastilja.

 

More in Politika