'L-Isptar ta' Għawdex se jġib mijiet ta' studenti f'Għawdex'
Muscat jgħid li l-gvern se jkompli jbiddel wiċċ Għawdex
More in Politika
Muscat jgħid li l-gvern se jkompli jbiddel wiċċ Għawdex
Il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jagħlaq il-Kungress Reġjonali: Għawdex Mutur Ekonomiku, f'Marsalforn saħaq li persuni b’diżabiltà għandhom jingħataw tal-inqas il-minimum wage.
Il-Prim Ministru tkellem fuq il-mina bejn Malta u Għawdex u stqarr li fuqha ser naslu hekk kif se jkun dan il-Gvern li ser jagħti imbuttatura, dan filwaqt li jkun hemm proġetti oħra bħal dak tal-fast ferry service. Il-Mexxej Laburista tkellem fuq l-isptar ta’ Għawdex fejn semma kif bdew it-testijiet fuq il-pedamenti tal-isptar. Huwa stqar li permezz tal-isptar ġdid f’Għawdex, se nkunu qed niriverżjaw it-trend, fejn qabel Għawdex kien f’sitwazzjoni li jieħu affarijiet inqas minn dawk ta’ Malta. B’dak li ħa nagħmlu bl-isptar ta’ Għawdex, se jkun hawn sptar aqwa minn ta’ Malta. Sptar li jitla’ għal 450 sodda u li b’hekk ser nagħtu servizz li jixraq lill-Għawdxin, iżda lil hinn minn hekk ser jirnexxilna ngħaqqdu żewġ ideat kbar mal-proġett tal-isptar li ser jibdluh u jġibu l-ġid fit-tul, qal Joseph Muscat. Mal-isptar se jkun hemm l-iskola medika Barts, li se ġġib mijiet ta’ studenti f’Għawdex, li ser joħolqu x-xogħol fl-aktar xhur kwieti. Qed inħarsu wkoll lejn turiżmu mediku, fejn barranin jieħdu l-kura tagħhom f’Għawdex. Il-Mexxej Laburista għamel referenza wkoll għal Harvard li se jkunu qed jagħtu kunsulenza kif jitmexxa l-isptar. L-għan huwa li nirċievu ċertifkazzjoni mill-Amerika, skont l-istandards ta’ hemm, li ser jagħmel l-isptar ta’ Għawdex wieħed mill-aqwa, saħaq Dr Muscat.
Għawdex huwa diġa mutur ekonomiku, iżda xorta se nkomplu nbiddlu wiċċ Għawdex għall-aħjar, b’ekonomija aktar b’saħħitha, b’aktar postijiet tax-xogħol, tenna l-Prim Ministru.