Wara l-aħbar li ġiet rappurtata fil-gazzetta MaltaToday, Marlene Farrugia ħarġet messaġġ fuq il-paġna tagħha fuq Facebook fejn wara li rringrazzjat lil dawk li ċemplulha jawgurawla qalet li, "l-Partit li qed niffurmaw, għadu fi stat bikri u għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni meta ser invarawh għaliex baqa' ħafna xogħol xi jsir qabel ma naslu hemm."
Marlene Farrugia qalet li ma jfissirx li dan il-partit se tmexxih hi, iżda għad trid issir l-għażla iktar 'il quddiem. "Għalkemm ħadt l-inizjattiva jien, il-mexxejja u l-uffiċjali ta' dan il-Partit għad iridu jintagħżlu meta jkun hemm l-istrutturi meħtieġa. Mhux bilfors ħa mmexxih jien għaliex din hija inizjattiva ta' grupp ta' nies li jistgħu jiddeċiedu mod ieħor. Dan il-Partit jekk jifforma ser iżomm l-INTERESS NAZZJONALI l-ewwel dejjem. Għadu kmieni għax fadal ħafna x' irid isir u l-istampa politika f'pajjiżna qed tinbidel minn jum għal jum."