'Jien ma jimpurtanix mill-ħitan iżda mill-pontijiet'
'L-uniku pont li għandu Joseph Muscat hu ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi' iwieġeb il-PN
More in Politika
'L-uniku pont li għandu Joseph Muscat hu ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi' iwieġeb il-PN
'Jien ma jimpurtaniex mill-ħitan iżda mill-pontijiet. Il-Partit Laburista jrid ikompli jibni aktar pontijiet mal-kumplament tas-soċjetà u mhux jibni l-ħitan. Iridu nibnu pontijiet b’mod speċjali ma’ dawk li huma kritiċi tal-Partit Laburista'. Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jieħu sehem f’diskussjoni bejn il-kandidati għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit fuq l-istazzjonijiet ONE. Il-Prim Ministru tenna li f’xi waqtiet kien qed iħoss li l-Partit Laburista kien qiegħed jgħolli l-ħitan. "Għaddejna minn burraxka iżda minkejja dan fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika hemm turija li dan il-moviment għadu b’saħħtu. Aħna xorta mhux se nżommu ‘il bogħod min-nies, se nkomplu nitkellmu u rridu nerġgħu naqbdu l-mentalità pożittiva li tant għamlet ġid, saħaq Dr Muscat. Joseph Muscat fakkar kif meta tmien snin ilu kien sar Mexxej tal-Partit Laburista, il-Partit Laburista kien f’siege mentality, iżda kien hemm bidla fil-ħsieb u ltqajna aktar mas-soċjetà."
Immedjatament il_Partit nazzjonalista ħarġu stqarrija li twieġeb is-sentenza tal-pontijiet li tkellem dwearhom Joseph Muscat fejn qalu, li Qabel ineħħi li Keith Schembri u lil Konrad Mizzi mill-karigi li għandhom, Joseph Muscat ma jista’ jibni pont ma’ ħadd aktar. 'L-uniku pont li għandu Joseph Muscat hu ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi'. temmet l-istqarrija
Bi??ejjed wieħed iħares lejn it-theddid u l-attakki li kull min jitkellem dwar il-korruzzjoni li fniet dan il-Gvern qed jir?ievi. Dan it-tip ta’ a?ir minn naħa ta’ Kastilja mhux biss hu indirizzat lejn l-Oppo?izzjoni, i?da anke lejn il-media indipendenti f’pajji?na, li kif qalet hi stess, tinsab taħt assedju.
Kif anke kkonferma l-aħħar stħarri? tal-opinjoni pubblika, Muscat jinsab maqtugħ mir-realta tal-familji Maltin u Għawdxin, tant li qed jinjora għal kollox l-akbar sfidi li għandu quddiemu l-poplu Malti u Għawdxi.
Huwa l-Partit Nazzjonalista li qed jindirizza l-problemi tal-poplu Malti u Għawdxi, fost l-oħrajn it-traffiku u l-korruzzjoni. Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista hu l-uniku alternattiva għall-Gvern ta’ Joseph Muscat.