L-MDA : Allura biex bidwi jibni serra se jkollna bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament?

...L-MDA tgħid li l-proposta tal-PN dwar l-ODZ hija 'vaga'

L-MDA tgħid li l-proposta tal-PN dwar l-OGZ hija vaga
L-MDA tgħid li l-proposta tal-PN dwar l-OGZ hija vaga

Il-Malta Developers Association (MDA) qalet li m’għandhiex tingħata aktar art għall-iżvilupp il-barra miz-zona ta’ żvilupp (ODZ), b’mod partikolari għal skopijiet ta’ residenzi jew skopijiet kummerċjali.

Filwaqt li l-MDA tifhem il-motivazzjoni wara l-proposta, l-Assoċjazzjoni tħoss li din il-proposta hi vaga wisq u tista’ tkun addottata biss jekk ikunu ċċarati xi kwestjonijiet, fosthom: Il-bżonn ta’ differenza ċara bejn artijiet mhux minsusa u intatti fl-ODZ u artijiet oħra fl-ODZ ukoll li huma diġà żviluppati legalment u kommessi bil-bini. Il-bżonn li l-ewwel ikun hemm qbil minn kulħadd dwar fejn għandha tkun il-linja speċifika bejn zona għall-iżvilupp u le. Jidher li meta saret din il-linja saru xi inġustizzji li jikkonċernaw biċċiet żgħar ta’ artijiet. Dawn faċilment jistgħu jkunu rranġati għaliex hu ovvju li linja ma tagħmilx sens kif saret. Il-bżonn li jkun hemm qbil dwar definizzjoni ċara tal-kelma ‘proġetti’. Jekk bi proġetti wieħed ifisser kull tip ta’ żvilupp, allura nispiċċaw biex permess biex tinbena serra jew tkun estiża barriera ikun jeħtieġlu l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Dan ma jkunx prattiku. Il-bżonn li jkun ċar f’moħħ kulħadd xi jkun jikkomprendi l-interess nazzjonali li jwassal lill-Parlament biex jagħmel eċċezzjoni għar-regola. Fi kwalunkwe każ kull permess hekk maħruġ irid l-ewwel jgħaddi mill-iskrutinju tal-awtoritajiet stabbiliti biex jipproċessaw applikazzjonijiet għal żvilupp.

F’dan il-kuntest, l-MDA tissuġġerixxi li, b’konsultazzjoni wiesgħa ma’ kull min hu interessat, isir studju tal-proposta tal-PN u din titwessa bid-dettalji meħtieġa.

More in Politika