Xarabank fil-mira ta’ Cardona
Cardona bagħat sms lid-delegati tal-PL u wiegħdhom deċiżjonijiet fil-PBS
More in Politika
Cardona bagħat sms lid-delegati tal-PL u wiegħdhom deċiżjonijiet fil-PBS
Fl-aħħar jiem tal-kampanja għal Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista Chris Cardona, li lbieraħ kien elett Deputat Mexxej ġdid bi 389 vot, bagħat SMS lid-delegati kollha tal-partit u fih wegħedhom ‘ġustizzja fil-PBS’. F’kuntatt ma’ din il-gazzetta kelliem għat-tim ta’ Cardona qal li b’dan il-messaġġ lid-delegati, Cardona kien qiegħed partikolarment jirreferi għall-programm ‘Xarabank’.
L-SMS li ntbagħat mit-tim ta’ Cardona f’ismu kien jgħid hekk: “F’Dissett sħaqt li trid ssir ġustizzja mhux biss mal-Laburisti imma anke mal-Partit Laburista, inkluż fil-PBS.” Il-messaġġ jagħlaq bil-kliem “hemm bżonn jittieħdu d-deċiżjonijiet.”
Mistoqsi direttament minn l-ILLUM jekk Cardona hux qed jikkontempla bojkott, bħalma l-istess partit kien għamel fil-passat riċenti, il-kelliem pront wieġeb “le.” Mitlub għalhekk, biex jispeċifika miżura li kellu f’moħħu Cardona meta bagħat l-SMS, il-kelliem ma weġibx direttament u minflok irrepeta s-sentiment ta’ Cardona fuq il-programm ‘Dissett’ fejn qal li sab ħafna ostilità l-aħħar darba li kien fuq Xarabank.
Fuq ‘Dissett’ Cardona qal hekk: “l-ostilità li kelli fuq Xarabank min-nies preżenti kienet inkredibbli...ħassejt li jien kont f’minoranza meta jien Ministru tal-Gvern li suppost qed jagħti direzzjoni politika lill-PBS.”
Meta mistoqsi minn l-ILLUM x’poter jista’ jkollu deputat mexxej ta’ partit fuq ix-xandir nazzjonali meta hemm Ministru responsabbli għalih, il-kelliem tat-tim ta’ Cardona irrokonoxxa li dan huwa minnu, għalkemm żied jgħid li l-kariga ta’ Deputat Mexxej tagħti saħħa lil din il-pożizzjoni. “Għall-inqas issa hemm xi ħadd li qed jirrikonoxxi li hemm problema,” sostna mal-ILLUM.
Artiklu sħiħ fil-ħarġa tal-ILLUM