'It-tkabbir fl-impjiegi rdoppja kemm ilu li nbidel il-Gvern'

...Il-Gvern jesprimi sodisfazzjon għall-aħħar ċifri fil-qasam tax-xogħol

Il-qgħad kompla jonqos skont ċifri tal-Eurostat
Il-qgħad kompla jonqos skont ċifri tal-Eurostat

Fl-ewwel kwart tal-2016 l-impjiegi f’Malta kienu 3.7% ogħla mill-istess perjodu ta’ sena ilu. B’hekk, għal darb’oħra, pajjiżna kellu l-aqwa tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea.

Skont il-Eurostat, bħala medja, fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea t-tkabbir fl-impjiegi kien ilaħħaq il-1.4%. Dan huwa ferm inqas min-nofs ir-rata ta’ tkabbir li kien hawn f’pajjiżna, sostna l-HGvern fi stqarrija. 

"Fil-ħames snin tal-leġiżlatura preċedenti, bħala medja, l-impjiegi kienu jiżdiedu b’2%, filwaqt li, mill-bidla fl-amministrazzjoni, it-tkabbir kien aktar mid-doppju ta’ hekk. Iż-żieda fl-impjiegi qed tinħass l-iktar fil-qasam tas-servizzi, speċjalment ir-remote gaming, oqsma professjonali u tekniċi, real estate, u informatika u komunikazzjoni. Hemm żidiet ogħla min-normal ukoll fil-wholesale u retail, kif ukoll fil-qasam tal-lukandi u ristoranti."

Din l-istatistika tikkonferma, tkompli tgħid l-istqarrija,  kemm it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna, li huwa l-aqwa fl-Ewropa, qed iwassal għal żieda qawwija fl-opportunatijiet ta’ xogħol. Fix-xhur li ġejjin il-Gvern ser ikun qed iwettaq miżuri ġodda biex l-effetti ta’ ekonomija b’saħħitha jkomplu jibdlu għall-aħjar il-ħajjiet tal-familji f’pajjiżna.

 

 

 

More in Politika