740 Malti jinqabdu jaħdmu fl-ekonomija s-sewda f'ħames xhur

....b'kollox inqabdu 1,628 persuna. Apparti Maltin, t-Taljani u l-Filippini kienu fost l-aktar li nqabdu jaħdmu bla ktieb

Matul l-ewwel ħames xhur tas-sena nqabdu xejn inqas minn 741 Malti jaħdmu bla ktieb. Minkejja dan, l-ammont ta' Maltin li nqabdu jaħdmu fl-ekonomija s-sewda huwa inqas minn nofs it-total ta' nies li nqabdu jaħdmu illegalment. Fil-fatt, skont ċifri maħruġin fil-Parlament ilejla, fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena nqabdu b'kollox 1,628 persuna jaħdmu bla ktieb fil-pajjiż. 

Fost l-aktar  li nqabdu jaħdmu mingħajr ktieb f'pajjiżna kienu nies mill-Filippini u Taljani. B'kollox inqabdu 108 persuna mill-Filippini u 107 Taljan jaħdmi illegalment., 

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Evarist Bartolo għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Aguis Decelis.

More in Politika