Il-Partit Laburista akkuża lill-Partit Nazzjonalista li qed jagħmel it-teatrini meta aktar kmieni illum il-Membri tal-Oppożizzjoni telqu 'l barra mill-Parlament. Huma għamlu dan hekk kif Konrad Mizzi fetaħ id-dibattitu dwar l-estini tal-Water Services Corporation (WSC). Il-Kap tal-PN qal li hu u l-PN mhux se jkunu qed jaċċettaw il-leġittimita' ta' persuna li fetħet kontijiet fil-Panama. Fi stqarrija l-PN qal illi dak li ġara llum meta Mizzi fetaħ id-dikussjoni dwar il-WSC għalkemm hu mhux il-Min isteru tal-istess korporazzjoni juri kif ir-reshuffle ta' Muscat kienet sempliċiment farsa u xeneġġjata.
Intant il-PL qal illi dak li għamlet l-Oppożizzjoni llum mhu xejn għajr teatrin, għax il-PN kien jaf illi l-PM li taħtu taqa' l-WSC ma setax jiftaħ id-dibattitu hu, hekk kif kien jinsab f'laqgħa tat-Trio illi kienet qed tiddiskuti l-aħħar żviluppi fir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit. "Huwa ċar li l-Oppożizzjoni hija waħda ta’ ostruzzjoniżmu rresponsabbli li ma tagħmel ebda ġieh lill-Istituzzjoni Parlamentari. Għax ma hix Oppożizzjoni ppreparata, tara kif ittellef u tagħmel il-bojkotts."
L-Oppożizzjoni ma għandix policies u li m’għandha xejn x’toffri qed tara kif ittellef il-ħidma tal-Gvern.