Firxa ta' esebituri fid-59 edizzjoni tal-MFCC Malta Trade Fair

....Biljett b'xejn għall-gżejjer Pelagian għal dawk kollha li jżuru 

Din is-sena taħbat id-59 edizzjoni tal-MFCC Malta Trade Fair 2016. Fiera fejn wieħed isib firxa kbira ta’ esebituri, b’offerti speċjali għall-but ta’ kulħadd. Din is-sena bejn it-23 ta' Ġunju u t-3 ta’ Lulju żur il-fiera tal-MFCC ġewwa Ta’ Qali.

L-MFCC se tkun qed tgħati lin-nies kollha li jżuru l-fiera biljett b’xejn għall-Pelagian Islands. Ħa jkun qed jitwassal ktieb ġewwa kull dar f’Malta u f’Għawdex fejn wieħed jista' jsib dan il-biljett. Importanti li l-biljett eventwalment jiġi ttimbrat fl-entratura tal-fiera sabiex wara jkun jista' jiġi msarraf fl-istand ta’ ROCS Group. Importanti li wieħed jiftakar li l-biljetti huma limitati u għalhekk wieħed għandu jaħseb
kmieni sabiex ma jidisappuntax ruħu.

Apparti hekk, L-MFCC ukoll ħa tkun qed trebbaħ €1000 cash kuljum għal matul il 11-il ġurnata tal-fiera. Ir-rebbieħa ħa jitella' kuljum fl-10.00pm – min jaf min ħa jkunu il-fortunati li ħa jmorru d-dar b' €1000 cash aktar fil-but? Offerta oħra li ħa tirritorna ġewwa l-MFCC Malta Trade Fair hija dik tax-xirja kull ġimgħa għal sena sħiħa ġentilment offruta minn Gala Supermarket. Rebbieħ fil-ġurnata ħa jirbaħ xirja ta' €50 fil-ġimgħa għal sena sħiħa. Dan iffisser li xi ħadd ħa jirbaħ b’€2,600 total ta' xirjiet mingħand Gala Supermarket

Għal KULL ġurnata tal-fiera
Offerti oħra li nsibu ġewwa l-fiera hija dik tal-Captain Morgan, fejn kull min jidħol ġewwa L-MFCC Trade Fair ħa jingħata biljett b’xejn għal fuq il-Captain Morgan. Għal kull biljett li jinxtara mingħand il-Captain Morgan ħa jingħata biljett ieħor b’xejn. Ma ninsewx ukoll li it-tfal kollha li jidħlu l-fiera qabel it-tmienja ta' filgħaxija ħa jkollhom hot dog assolutament b’xejn. Dan huwa biss il-bidu għaliex bħal kull sena l-kumpanija ROCS Group ser ukoll toffri offerti eċċezzjonali għall-klijenti tagħha ġewwa l-MFCC MaltaTrade Fair. Bħal kull sena l-offerta ta’ Splash and Fun ħa tkun disponibbli lil dawk kollha li jiltaqgħu ma' membru mit-team tal-assigurazzjoni. Tgħallem aktar fuq il-futur tiegħek u ta’ wliedek mar-ROCS Group u tingħata biljetti tal-entratura ġewwa Splash and Fun b’xejn. Bħala sorpriża għall-viżitaturi tagħha ġewwa l-fiera ROCS Group ħa jkollha iżjed minn 40,000 Splash and Fun Surprise Envelopes. B’mijiet ta' rigali x’jistgħu jintrebħu mingħand Splash and Fun. Apparti offerti speċjali li ħa jkollna fuq vjaġġi waqt il-fiera, bħal kull sena wieħed mill-klijenti ta’ ROCS Group ħa jkollu Milied li ma jinsa qatt. B’ċans li jirbaħ il-karozza meraviljuża Renault Kadjar offruta ġentilment mingħand Kind’s Autosales Limited. Ma' kull €50 li wieħed jonfoq mingħand ir-ROCS ħa

jingħata biljett bic-cans li jirbaħ din il-karozza li tiswa €24,500 wara li jirrispondi mistoqsija sempliċi. Wieħed ma jridx jinsa li ma' kull booking li jsir ġewwa l-fiera ħa jingħata Sunset Cruise fuq il-Fernandes komplut b'ikel tipiku li ssib ġewwa l-Pelagian Islands.

Wieħed jista' jduq dan l-ikel ġewwa l-fiera, hekk kif il-ħbieb tagħna ta' din il-gżira ħa jkunu qegħdin iżuruna għal dawn il-11-il ġurnata ġewwa Ta’ Qali. Nixtiequ nistidnukom biex iżżuruna fuq l-istand tar-ROCS biex idduqu ftit mill-ikel tradizzjonali tagħhom. Ma ninsewx ukoll l-inbid famuż u l-Limoncello. ROCS Group ukoll ħa jkollha s-sezzjoni ta’ perfumesandmore. Offerti eċċezzjonali fuq fwejjaħ, fejn 5 fwejjaħ tal-50ml jinbiegħu biss għal €50 u 6 fwejjaħ tal-100ml għal €100. ROCS ħasbet ukoll fit-tfal li jżuru l-fiera, l-istand tar-ROCS ħa jkollha sezzjoni speċjali fejn it-tfal jistgħu juru t-talenti tagħhom f'kompetizzjoni tat-tpinġija. Il-kompetizzjoni ħa tkun fuq facebook, fejn it-tpinġija bl-aktar likes sa nofsillejl tal-31 ta’ Lulju tkun ir-rebbieħa ta' btala ġewwa Disney għall-familja kollha.


F’każ ta' parita, ir-rebbieħ ħa jkun magħżul bil-polza bejn dawk kollha li ġabu l-aktar likes. Ma ninsewx il-logħba ta' kull sena li tiġi organizzata ġewwa l-istand tar-ROCS, fejn din is-sena ħa jkollna l-famuza “wheel of fortune” bit-Taljan “La ruota della fortuna” b’aktar minn €50,000 valur ta’ rigali x’jintrebħu. Fosthom insibu Skyworth WIFI Air Conditions u Osmosina Reverse Osmosis grazzi għall-ISD, Oral B Triumph Power Toothbrush, Braun Shavers, fwejjaħ minn Perfumes&more, bagalji mingħand ir-ROCS u ħafna aktar. Din il-logħba ħa tkun attrazzjoni akbar hekk kif ħa tkun preżentata mil-attur u mudell tant popolari; Ben Camille, li ħa jkun lest biex iqajjem l-atmosfera ġewwa l-fiera.Id-Direttrici ta' ROCS Group Rachel Vella tgħid “Nemmen li n-nies għandhom ħafna raġunijet għaliex għandhom iżuru l-istand tagħna ġewwa l-MFCC Malta Trade Fair 2016 din is-sena. Konvinta li bħal kull sena ħa nkunu qed nagħtu l-għalmu tagħna għall-klijenti tagħna ġewwa t-Trade Fair. Nibdew bl-offerti li għandna min-naħa tal-ivjaġġar, bi prezzijiet inkreddibli għal postijiet madwar id-dinja kollha, ma jonqsux il-prezzijiet eċċezzjonali mis-sezzjoni tal-assikurazzjoni u l-investimenti u min-naħa ta' perfumesandmore. Barra minn hekk dejjem nagħmlu ħilitna biex noffru lejl ta' divertiment għall-familji kollha li jiġu jżuruna ġewwa l-fiera tal-MFCC, Ta’ Qali” temmet Vella.

L-MFCC Malta Trade Fair 2015 se ssir ġewwa l-MFCC Malta Trade Fair ġewwa Ta’ Qali bejn it-23 ta' Ġunju u t-3 ta’ Lulju 2016. Aktar informazzjoni tinstab fuq www.rocsgrp.com.com jew billi ċċemplu fuq 20151515 kif ukoll fuq il-paġna uffiċjali tar-ROCS Group fuq facebook. 

More in Politika